News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2020
-
24 ta' Frar 2020
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) nieda portal fuq is-sit elettroniku tiegħu ddedikat għall-Verifika tal-Istrateġija mħabbra mill-President Christine Lagarde mal-ħatra tagħha f’Novembru li għadda.
-
21 ta' Frar 2020
F’Jannar, l-Indiċi tal-Bank Ċentrali ta’ Malta rigward il-Kundizzjonijiet tan-Negozju (BCI) ma nbidilx meta mqabbel max-xahar preċedenti u kompla jissuġġerixxi li l-kundizzjonijiet ekonomiċi baqgħu qrib il-medja storika tagħhom.
-
20 ta' Frar 2020
Għal din is-sena, il-Bank Ċentrali ta’ Malta qiegħed joffri sitt temi għall-muniti permezz tal-programm tiegħu ta’ muniti numiżmatiċi.
-
18 ta' Frar 2020
Eluf ta’ studenti ser jirċievu fuljett edukattiv dwar l-euro li sar mill-Bank Ċentrali ta’ Malta f’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Kurrikulu, Tagħlim tul il-Ħajja u Impjegabbiltà.
-
13 ta' Frar 2020
Fit-tieni nofs tal-2019, ġew irrappurtati lill-Bank Ċentrali ta’ Malta 545 karta tal-flus tal-euro falza.