News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2019
-
11 ta' Diċembru 2019
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta, b’kollaborazzjoni ma’ Queen Mary University of London (QMUL), organizza workshop speċjalizzat ta’ tlett ijiem dwar il-makroekonomija Bayesian.
-
10 ta' Diċembru 2019
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta, permezz tal-Kumitat tiegħu għall-Attivitajiet Kulturali, ingħaqad ma’ organizzazzjonijiet u individwi oħrajn sabiex jiġbor fondi u titqajjem kuxjenza għal Pink October u Movember.
-
20 ta' Novembru 2019
Dan l-aħħar il-Bank Ċentrali ta’ Malta organizza l-Workshop Annwali tiegħu dwar ir Riċerka għall-2019 fejn saru għadd ta’ preżentazzjonijiet ta’ xogħol ta’ riċerka minn mistiedna barranin u mill-istaff tal-Bank. F’dan il-Workshop il-Bank ippubblika l Bullettin tar-Riċerka għall-2019.
-
20 ta' Novembru 2019
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta aġġorna d-Direttiva Nru 6 dwar il-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta’ Kontijiet ta’ Moduli ta’ Pagamenti, Kontijiet Speċifiċi ta’ Flus Kontanti T2S fit-TARGET2-Malta, u Kontijiet Speċifiċi ta’ Flus Kontanti TIPS fit-TARGET2-Malta, u d-Direttiva Nru 7 dwar il-Provvista ta’ Self Kurrenti matul il-Jum u l-Awto Garanzija.
-
20 ta' Novembru 2019
Diskors minn Dr Mario Vella, Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, waqt l-ikla annwali tal-IFS Malta fid-19 ta' Novembru 2019.