News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2019
12/07/2019
Ħatra ta’ Communications Co-ordinator
Fiż‑żmien li ġej, il‑ġurnalista veterana Vanessa Macdonald ser tingħaqad mal‑Bank Ċentrali ta' Malta bħala l‑Communications Co‑ordinator tal‑Bank.
Hi ser tmexxi d‑diversi funzjonijiet tiegħu tal‑komunikazzjoni, inklużi s‑sit elettroniku tal‑Bank, l‑ippubblikar, ir‑relazzjonijiet pubbliċi, l‑organizzar tal‑avvenimenti, l‑outreach soċjali, u r‑relazzjonijiet mal‑media.
Ms Macdonald ħadmet fil‑qasam tal‑ġurnaliżmu u l‑komunikazzjoni għal madwar 25 sena, l‑aktar riċenti bħala l‑editriċi ta' gazzetta kummerċjali.
L‑esperjenza imprezzabbli tagħha fil‑media u fl‑affarijiet ekonomiċi ser ikollha rwol importanti hekk kif il‑Bank Ċentrali ta' Malta jintensifika l‑komunikazzjoni tiegħu mal‑oqsma diversi tas‑soċjetà matul is‑snin li ġejjin.
Lura lejn l-Arkivju