News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2019
10/07/2019
Il-Bank Ċentrali ta' Malta jwaqqaf Fondazzjoni
Fil‑5 ta' Lulju 2019, wara deċiżjoni tal‑Bord tad‑Diretturi, il‑Bank Ċentrali ta' Malta waqqaf fondazzjoni ta' benefiċċju pubbliku bit‑titlu The Central Bank of Malta Foundation, kostitwita taħt l‑Att dwar l‑Organizzazzjonijiet Volontarji, Kapitlu 492 tal‑Liġijiet ta' Malta u kif ipprovdut fit‑Tieni Skeda tal‑Kodiċi Ċivili, Kapitlu 16 tal‑Liġijiet ta' Malta.
The Central Bank of Malta Foundation, li għandha Bord awtonomu ta' Amministraturi, ser tamministra fondi maħsuba biex jappoġġjaw proġetti ta' statura nazzjonali b'viżibilità dejjiema relatata mal‑edukazzjoni, il‑kultura, ir‑riċerka xjentifika, il‑preservazzjoni tal‑wirt nazzjonali Malti, u kawżi soċjali.
L‑ewwel amministraturi tal‑Fondazzjoni huma:
Chairperson: Reverend Doctor Marius J. Zerafa OP, SThL & Lic, Dr Sc Soc, BA Hons (Lond), AR Hist Soc (Lond), ex Kuratur tal‑Malta Fine Arts u Direttur tal‑Mużewijiet
Il‑Professur Yosanne Vella, BEd (Hons), MA (Lond), MPhil (Lond), PhD (UWE Bristol), Università ta' Malta
Il‑Professur Marvin Formosa, BPsy, PGCE, MA, PhD (Bristol), Università ta' Malta
Mr Narcy Calamatta, BA Hons (Melit)
Dr Pauline Lanzon LLD, Kap tal‑Legal Department, Bank Ċentrali ta' Malta
It‑Teżorier tal‑Fondazzjoni huwa Mr Raymond Filletti, FIA, ACIB, MBA (Henley).
Iffirmat:
Mrs Nadia Abdilla, BA Hons (Melit), MA (Melit)
Segretarja tal‑Fondazzjoni
Lura lejn l-Arkivju