News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2019

10/06/2019 14:00:00

Women in Economics Scholarship

Il‑Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) qiegħed joffri għotjiet, ta' €10,000 kull għotja, lil ħames studenti femminili li qed jistudjaw l‑ekonomija.

Inti mara li ser tibda jew diġà rreġistrajt għal Masters fl‑ekonomija f'università jew skola tan‑negozju fl‑Ewropa? Jekk iva, il‑Women in Economics Scholarship tal‑BĊE tista' tkun għalik!

Il‑finanzjament huwa maħsub biex jgħin fl‑iffinanzjar tal‑istudji tar‑riċevituri. Jekk tintgħażel, ikollok ukoll l‑opportunità li żżur il‑BĊE sabiex tikseb għarfien tar‑riċerka l‑aktar avvanzata, u titgħallem dwar l‑opportunitajiet li joffri għal karriera.

L‑Ekonomija hija qasam varjat. Il‑BĊE qiegħed jistieden applikazzjonijiet minn studenti interessati f'firxa wiesgħa ta' suġġetti ‑ mhux limitati biss dwar l‑attività tal‑banek ċentrali.

Aktar informazzjoni fis‑sit elettroniku tal‑BĊE.

Lura lejn l-Arkivju