News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2017
09/03/2017
Għeluq temporanju tal-passaġġ għal Binja Ġlormu Cassar (Annexe tal-Bank Ċentrali) mill-Venda ta’ Bieb il-Belt
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jixtieq javża lill‑pubbliku ġenerali li l‑passaġġ mill‑venda tal‑karozzi tal‑linja tal‑Belt għal Binja Ġlormu Cassar (l‑Annexe tal‑Bank) f'St James's Counterguard se jkun magħluq mit‑Tnejn 13 ta' Marzu 2017 sal-Ħamis 30 ta' Marzu 2017 minħabba xogħlijiet li qed isiru fuq il-proġett Binja Laparelli.
Binja Ġlormu Cassar (l‑Annexe tal‑Bank) f'St James's Counterguard jibqa' aċċessibbli għall‑pubbliku minn Triq Ġirolamo Cassar (it-triq li twassal għal Pjazza Kastilja).
Il‑Bank jiddispjaċih għal kwalunkwe inkonvenjent.
Lura lejn l-Arkivju