News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2016
09/11/2016
Aġġornament Ekonomiku: Ħarġa 10/2016
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ppubblika l‑aħħar Aġġornament Ekonomiku tiegħu, ibbażat fuq informazzjoni disponibbli sal‑4 ta' Novembru 2016.
B'mod ġenerali, is‑sentiment ekonomiku baqa' l‑istess f'Ottubru, hekk kif titjib fis‑settur tas‑servizzi u fost il‑konsumaturi patta għal sentiment dgħajjef f'setturi oħrajn.
Fir‑rigward tal‑attività ekonomika f'Settembru, il‑produzzjoni industrijali żdiedet bi ftit fuq is‑sena ta' qabel, filwaqt li żdiedet l‑attività fis‑settur tat‑turiżmu, u żdied ukoll il‑bejgħ lill‑konsumaturi.
Il‑qagħda fis‑suq tax‑xogħol baqgħet pożittiva ħafna, bir‑rata tat‑tkabbir annwali fl‑impjiegi titla' għal 4.3% f'April. Il‑qgħad kompla jonqos f'Settembru.
Iż-żieda fil‑prezzijiet baqgħet timmodera. F'Settembru, ir‑rata annwali tal‑inflazzjoni bbażata fuq l‑Indiċi Armonizzat tal‑Prezzijiet għall‑Konsumatur u l‑Indiċi tal‑Prezzijiet bl‑Imnut kienu fil‑livell ta' 0.9% u 0.8% rispettivament.
F'Settembru wkoll, id‑depożiti fil-banek tar‑residenti f'Malta u l‑kreditu lil residenti f'Malta żdiedu b'rata inqas mgħaġġla minn ta' Awwissu.
Fir‑rigward tal‑iżviluppi fiskali, id‑defiċit fuq il‑Fond Konsolidat naqas fl‑ewwel disa' xhur tal‑2016, l‑aktar minħabba żieda fid‑dħul mit‑taxxi.
L‑Aġġornament Ekonomiku jinsab fuq is‑sit elettroniku tal‑Bank Ċentrali ta' Malta.
Lura lejn l-Arkivju