News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2016
28/07/2016
Tagħrif ta’ kull sitt xhur dwar il-falsifikazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro f’Malta
Fl‑ewwel nofs tal‑2016, ġew irrappurtati lill‑Bank Ċentrali ta' Malta 2,371 karta tal‑euro falza, prattikament ekwivalenti għall‑ammont misjub fl‑ewwel nofs tal‑2015. Madankollu, l‑ammont totali ta' flus foloz irtirati miċ‑ċirkolazzjoni kien 7.7% inqas minn dak irtirat fis‑sitt xhur ta' qabel (Lulju sa Diċembru 2015).
Meta mqabbel mal‑għadd medju ta' karti tal‑euro ġenwini fiċ‑ċirkolazzjoni f'Malta (ftit aktar minn 11.55 miljun fl‑ewwel sitt xhur tal‑2016), il‑proporzjon ta' karti tal‑euro foloz għadu baxx ħafna. Hu baxx ukoll (0.72%) bħala proporzjon tal‑ammont totali tal‑karti tal‑flus foloz maqbuda fiż‑żona tal‑euro kollha kemm hi matul l‑istess perjodu li, skont l‑istqarrija għall‑istampa tal‑Ġimgħa 22 ta' Lulju maħruġa mill‑Bank Ċentrali Ewropew, ammontaw għal 331,000 karta tal‑flus.
Mill‑karti kollha tal‑flus tal‑euro foloz maqbuda f'Malta matul l‑ewwel nofs tas‑sena, il‑karta tal‑€10 tibqa' l‑iktar denominazzjoni ffalsifikata u tammonta għal 69% tat‑total tal‑flus foloz maqbuda. Matul dan il‑perjodu, il‑proporzjon tal‑€20 u tal‑€50 kompla jonqos u issa flimkien jammontaw għal 29% tal‑flus foloz kollha maqbuda fiċ‑ċirkolazzjoni.
It‑tabella tipprovdi analiżi perċentwali maqsuma skont id‑denominazzjonijiet tal‑ammont totali ta' flus foloz irtirati miċ‑ċirkolazzjoni fl‑ewwel nofs tal‑2016, imqabbla ma' dawk irtirati fiż‑żona tal‑euro kollha kemm hi.
|
|
€5
|
€10
|
€20
|
€50
|
€100
|
€200
|
€500
|
Analiżi Perċentwali
|
Żona tal‑euro
|
1.1
|
4.8
|
31.6
|
48.2
|
11.1
|
2.0
|
1.2
|
Malta
|
0.2
|
69.0
|
18.0
|
11.0
|
1.7
|
0.1
|
0.0
|
Minkejja l‑livell baxx ta' flus foloz irrapportati lokalment, il‑Bank Ċentrali ta' Malta jibqa' jwissi lill‑pubbliku biex joqgħod attent meta jagħmel tranżazzjonijiet bi flus kontanti. Il‑karti tal‑flus ġenwini jintgħarfu faċilment permezz tat‑test ĦOSS‑ĦARES‑MEJJEL (FEEL‑LOOK‑TILT) kif spjegat fuq is‑sit elettroniku tal‑Bank Ċentrali ta' Malta. Il‑Bank hu disponibbli biex jipprovdi kull tip ta' għajnuna, inkluż taħriġ lil kwalunkwe entità lokali li tista' teħtieġ din l‑assistenza.
Kull min jirċievi karta tal‑flus dubjuża għandu jċempel lill‑pulizija fuq 2122 4001, jew jikkuntattja lill‑Bank Ċentrali ta' Malta fuq 2550 6012/13, jew jibgħat email lill‑Bank.
Lura lejn l-Arkivju