News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2015

05/10/2015

Ħruġ ta’ Munita Kommemorattiva taż-€2 – Repubblika, 1974

Fil‑5 ta' Ottubru 2015, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ il‑ħames munita minn serje ta' muniti kommemorattivi taż‑€2 li jfakkru avvenimenti importanti fl‑istorja kostituzzjonali ta' Malta.

It‑tema ta' din il‑munita hi 'Repubblika - 1974'. Il‑faċċata ta' wara tal‑munita hija n‑naħa komuni taż‑€2 ddisinjata minn Luc Luycx. Il‑faċċata ta' quddiem tal‑munita (in‑naħa nazzjonali), li ġiet iddisinjata minn Ġanni Bonnici, turi lapida tal‑irħam imwaħħla mal‑faċċata tal‑Palazz tal‑President ġewwa l‑Belt Valletta, b'tifkira tat‑tranżizzjoni ta' Malta minn monarkija għal repubblika. Malta ġiet iddikjarata repubblika fit‑13 ta' Diċembru 1974, wara emendi fil‑bidliet kostituzzjonali li kienu approvati mill‑Parlament ta' Malta.

Il‑munita kommemorattiva ser toħroġ f'verżjoni għaċ‑ċirkolazzjoni fi stoċċijiet ta' 25 munita kull wieħed, u ammont limitat ser joħroġ ukoll f'verżjoni proof. Il‑muniti nħadmu fir‑Royal Dutch Mint.

Il‑Bank ser jikkuntattja 'l dawk kollha li diġà għamlu l‑ordni tagħhom biex jinfurmahom bl‑allokazzjoni tagħhom, kif ser iħallsu u l‑ġranet meta jkunu jistgħu jiġbru l‑muniti tagħhom. Il‑muniti jistgħu jinġabru mill‑Malta Coins Distribution Centre fil‑bini prinċipali tal‑Bank Ċentrali ta' Malta. Għal aktar tagħrif, il‑pubbliku hu ġentilment mitlub jikkuntattja lill‑Malta Coins Distribution Centre billi jibgħat email jew iċempel fuq (+356) 2550 6007/6013.

Munita Kommemorattiva taż-€2 – Repubblika, 1974

Lura lejn l-Arkivju