Il-Gvernatur Scicluna jifraħ lill‑membri maħtura l‑ġodda waqt laqgħa ta' korteżija mal‑Bord Konsultattiv tal-Fond Bank Ċentrali ta' Malta
Dr Sir Narcy Calamatta KM, veteran fl-oqsma tat-teatru u l-films, inħatar bħala Chairperson tal-Bord Konsultattiv tal-Fond Bank Ċentrali ta' Malta. Il-ħatra tiegħu ssegwi t-telfa tant għażiża ta' Fr Marius Zerafa, li kien iċ-Chairperson Fundatur tal-Fond (preċedentement il-Fondazzjoni), f'Ottubru 2022.
Dr Sir Calamatta ilu membru tal-Bord sa mill-bidu tiegħu fl-2018. Hu ser imexxi l-Bord Konsultattiv tal-Fond fil-mandat tiegħu li jidentifika proġetti ta' statura nazzjonali b'viżibilità dejjiema li jistħoqqilha appoġġ mill-Bank Ċentrali. L-oqsma segwiti mill-Fond għandhom x'jaqsmu mal-edukazzjoni, il-kultura, ir-riċerka xjentifika, il-preservazzjoni tal-wirt nazzjonali Malti, u l-kawżi soċjali.
Ħatra sinifikanti oħra fuq il-Bord kienet dik tal-fundatur tal-mużew u l-awtur Marquis Nicholas de Piro. Marquis de Piro jġib esperjenza imprezzabbli lill-Bord fil-wirt, l-arti u l-kultura Maltin.
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, il‑Professur Edward Scicluna, flimkien mad-Deputati Gvernaturi, Mr Alexander Demarco u Mr Oliver Bonello, ferħu lill‑membri maħtura l‑ġodda waqt laqgħa ta' korteżija mal‑Bord Konsultattiv fis‑17 ta' Jannar 2023.
Iżjed tagħrif dwar il-Fond Bank Ċentrali ta' Malta jinsab fis-sit elettroniku tal-Bank.
Ringiela ta’ quddiem mix-xellug: Id-Deputat Gvernatur tal-Bank, Alexander Demarco, il-President tal-Bord Konsultattiv tal-Fond Bank Ċentrali, Dr Sir Narcy Calamatta, il-Gvernatur tal-Bank, il-Professur Edward Scicluna, id-Deputat Gvernatur tal-Bank, Oliver Bonello
Ringiela tan-nofs mix-xellug: Membru tal-Bord Konsultattiv tal-Fond Bank Ċentrali, il-Professur Yosanne Vella, Membru tal-Bord Konsultattiv tal-Fond Bank Ċentrali, Marquis Nicholas de Piro, Membru tal-Bord Konsultattiv tal-Fond Bank Ċentrali, Dr Pauline Lanzon
Ringiela ta’ wara mix-xellug: Membru tal-Bord Konsultattiv tal-Fond Bank Ċentral, il-Professur Marvin Formosa, Teżorier tal-Bord Konsultattiv tal-Fond Bank Ċentrali, Mr Raymond Filletti, Segretarju tal-Bord Konsultattiv tal-Fond Bank Ċentrali, Dr Jeremy Buttigieg
Ritratt: Melvin Bugeja