Rapporti u Artikli
Bħala parti mill-funzjoni ta' market making tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Bank iwettaq u jippubblika riċerka relatata mal-qasam tas-Swieq Finanzjarji partikolarment dwar is-suq lokali tal-bonds. Dawn l-istudji u rapporti informattivi jissupplimentaw il-pubblikazzjoni regolari tal-Bank bħar-rapporti tas-suq u data relatata mas-suq sekondarju lokali.