Il-Gradwali ta' L'Isle Adam
2020
|
Il-Gradwali ta' L'Isle Adam
|
|
|
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ muniti numiżmatiċi tad‑deheb u l‑fidda li juru ittra illuminata mill‑Gradwali ta’ L’Isle Adam. Il‑muniti jiffurmaw parti mill‑Europa Programme bit‑tema ‘Gotiku’ u għandhom il‑marka tal‑logo tal‑Europa Star.
In‑naħa ta’ quddiem tal‑muniti turi l‑istemma araldika ta’ Malta u l‑logo tal‑Europa Star. In‑naħa ta’ wara tal‑muniti turi l‑ittra illuminata ‘O’ misjuba fil‑Gradwali ta’ L’Isle Adam, li jinsabu fil‑mużew tal‑Kon‑Katidral ta’ San Ġwann. Intużaw tekniki tal‑istampar bil‑kulur fuq il‑muniti sabiex jipproduċu l‑kwalitajiet kromatiċi u estetiċi tax‑xogħol oriġinali.
Il‑Gradwali ta’ L’Isle Adam, li jmorru lura għas‑sena 1533, jitqiesu li huma l‑ifjen manuskritti illuminati ta’ Malta. Dawn jikkonsistu minn sett ta’ għaxar kotba għall‑korijiet ikkommissjonati minn skrittorju Franċiż tal‑Gran Mastru Philippe Villiers de L’Isle Adam. Dawn il‑gradwali ġew prodotti xi żmien wara l‑bidu tal‑istampar, bil‑Bibbja ta’ Gutenberg tal‑1455 isservi bħala eżempju ċar. Dan jirrifletti l‑kumplessità tal‑istampar ta’ partituri tal‑mużika, li assigura li l‑produzzjoni ta’ manuskritti ta’ kotba għall‑korijiet – primarjament bl‑użu ta’ tekniki medjevali – baqgħet ħajja fis‑seklu sittax.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross(g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
Silver Proof
|
€10
|
38.61
|
28.28
|
0.925
|
Royal Dutch Mint
|
Royal Dutch Mint
|
2,500
|
Gold Proof
|
€50
|
21.00
|
6.50
|
0.916
|
Royal Dutch Mint
|
Royal Dutch Mint
|
400
|