CBM Nottingham Courses

Korsijiet Internazzjonali dwar l-Attività tal-Banek Ċentrali

Bi pjaċir inħabbar li l‑Bank Ċentrali ta’ Malta, flimkien mal‑iSchool of Economics tal‑Università ta’ Nottingham, qiegħed iniedi żewġ korsijiet ta’ taħriġ dwar l‑attività tal‑banek ċentrali. Il‑korsijiet ser jingħataw mill‑impjegati tal‑Università ta’ Nottingham u ser isiru fil‑Bank Ċentrali ta’ Malta ġewwa l‑Belt Valletta f’Settembru 2019. Dawn il‑korsijiet għandhom iservu bħala opportunitajiet utli għall‑bankiera ċentrali sabiex japprofondixxu l‑għarfien tagħhom f’oqsma ewlenin relatati mal‑funzjonijiet ewlenin ta’ bank ċentrali. Din l‑inizjattiva ta’ taħriġ għandha l‑intenzjoni li ssaħħaħ ir‑rabtiet ta’ kooperazzjoni tal‑Bank Ċentrali ta Malta ma’ banek ċentrali oħrajn fir‑reġjun u lil hinn. Ninsab ħerqan sabiex nilqagħkom f’Malta.

Governor-signature

Mario Vella
Gvernatur

Governor photo

Kors 1: Macroeconomics: Economic Cycles, Frictions and Policy - 2-6 ta' Settembru 2019

Il‑kors huwa introduzzjoni gradwata għall‑makroekonomija moderna u jkopri oqsma ewlenin fil‑makroekonomija għal bini ta’ mudelli u analiżi tal‑politika. Il‑kors jipprovdi pedament mikroekonomiku sod ta’ analiżi makroekonomika u jenfasizza l‑implikazzjonijiet kwantitattivi tal‑mudelli ppreżentati.

  • Dr Alejandro Riaño, BA (Universidad de los Andes, Bogotá), PhD (Penn State)

Rekwiżiti għall‑Kors

  • L‑ewwel grad fl‑ekonomija jew f’dixxiplina relatata (eż. fil‑maniġment jew fin‑negozju)
  • Għarfien operazzjonali tajjeb tal‑Ingliż

Data tal‑għeluq

  • 6 ta' Ġunju 2019 estiża għall-14 ta' Ġunju 2019

 

Kors 2: Monetary Theory and Policy - 16-20 ta' Settembru 2019

Il‑kors jindirizza l‑iżviluppi ewlenin fil‑makroekonomija, b’enfasi fuq l‑ekonomija monetarja. L‑għanijiet tal‑kors huma li jkopru t‑teorija u l‑prattika tal‑attività tal‑banek ċentrali u t‑trażmissjoni monetarja wara l‑kriżi.

  • Il-Professur Paul Mizen, BSc (University of Wales), PhD (Loughborough University)

 Rekwiżiti għall‑Kors

  • L‑ewwel grad fl‑ekonomija
  • Għarfien operazzjonali tajjeb tal‑Ingliż

Data tal‑għeluq

  • 14 ta' Ġunju 2019 estiża għall-21 ta' Ġunju 2019


Tqassim tal‑Kors
ijiet

  • AM: 20 siegħa ta’ kuntatt ma’ Dr Riaño u mal‑Professur Mizen rispettivament
  • PM: 10 sigħat ta’ studju ggwidat

Ħlasijiet għal kull kors, għal kull parteċipant1

  • Ekonomiji bi dħul baxx: 900 euro
  • Ekonomiji bi dħul medju aktar baxx: 900 euro
  • Ekonomiji bi dħul medju superjuri: 900 euro
  • Ekonomiji bi dħul għoli: 1,400 euro

 

CBM Nottingham International Courses Brochure

Guidelines and application form


1 L‑ekonomiji huma kklassifikati bid‑dħul skont il‑World Bank Country Groups. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok idħol fil‑link li ġejja: https://datahelpdesk.worldbank.org/knowledgebase/articles/906519-world-bank-country-and-lending-groups

 

L‑aħħar aġġornament: 6 ta’ Ġunju 2019.