Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jippreżenta l-Erbatax-il Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzja
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, ippreżenta uffiċjalment l-erbatax-il edizzjoni tar-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja għall-2021 lill-Ministru għall-Finanzi u l-Impjiegi, Clyde Caruana, fl-10 ta’ Awwissu 2022. Il-Professur Scicluna rrimarka li r-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja huwa r-rapport ewlieni tal-Bank dwar l-istabbiltà finanzjarja fil-pajjiż u spjega li r-rapport sab li l-irkupru ekonomiku appoġġja l-kundizzjonijiet tal-istabbiltà finanzjarja - kemm il-profittabbiltà u l-livelli ta’ kapital tas-settur bankarju tjiebu, kif ukoll il-kwalità tal-assi, filwaqt li l-influss tad-depożiti kompla jikkontribwixxi għal likwidità abbundanti fis-sistema.
Huwa ppjanat li fid-29 ta’ Settembru 2022 isir seminar dwar ir-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja għall-2021.
Mix-xellug: CBM Head Financial Stability Surveillance and Research Department Wendy Zammit, CBM Deputy Governor Oliver Bonello, Minister for Finance and Employment Clyde Caruana, CBM Governor Professor Edward Scicluna and CBM Chief Officer Financial Stability and Statistics Division Alan Cassar