Ekonomija

Serje Kronoloġika Ekonomika għal Skopijiet ta' Riċerka

Database tal-PDG f'Ħin Reali

Database f'ħin reali hija ġabra ta' data vintages, fejn vintage tirrappreżenta serje kronoloġika li kienet l‑aħħar data fi żmien partikolari. Database bħal din għalhekk tipprovdi stampa tad‑data disponibbli f'ħin reali, jiġifieri d‑data li fil-fatt hija għad‑dispożizzjoni tal‑utenti fi żmien partikolari fil‑passat.

Database f'ħin reali tista' tintuża għal diversi skopijiet. Din tista' tintuża biex jiġu studjati reviżjonijiet tad‑data, biex jiġi eżaminat jekk riżultati makroekonomiċi empiriċi humiex sensittivi għad‑data vintage użata, biex jiġu evalwati azzjonijiet tal‑politika ex-post u biex jiġi evalwat it‑tbassir.

Fid‑dawl ta' dan, il‑Bank Ċentrali ta' Malta żviluppa database f'ħin reali għal Malta. Din id‑database f'ħin reali tkopri l‑prodott domestiku gross u l‑komponenti ewlenin tal‑infiq tiegħu, f'termini kemm reali u kif ukoll nominali.

Għal aktar dettalji, ara Grech, O. (2018), "An Analysis of Revisions to Maltese GDP Data", Research Bulletin 2018, Central Bank of Malta, pp. 27‑34.

Real-Time GDP Database
(477kb - Last updated Thursday, September 7, 2023 13:02)

Database Annwali Storika

Din id-database tipprovdi serje kronoloġika makroekonomika konsistenti għal Malta bl‑użu kemm jista' jkun ta' data uffiċjali. Id‑database timla nuqqas li hemm fid‑data makroekonomika Maltija, li ġeneralment ma tmurx lura aktar mis‑sena 2000 u li hija soġġetta għal numru ta' interruzzjonijiet fis‑serje. Għal perjodi fejn id‑data mhix attwalment ipprovduta mill‑korpi relevanti ta' statistika, id‑data kienet meħuda minn data uffiċjali li kienet disponibbli qabel.

Ta' min jinnota li s‑serje misjuba f'din id‑database m'għandhiex tiġi kkunsidrata bħala statistika nazzjonali, iżda pjuttost bħala data li għandha tintuża esklussivament għal skopijiet ta' riċerka u analiżi.

Historical Annual Database
(1058kb - Last updated Wednesday, October 4, 2023 11:45)

Aktar informazzjoni dwar din id‑database tinsab hawn: 

The evolution of the Maltese economy since independence