Is‑sett jinkudi t‑tmien muniti tal‑euro Maltin u munita taż‑€2 li turi t‑tempji preistoriċi ta' Ħal Saflieni. Din il‑munita hija s‑seba' u l-aħħar waħda minn serje ta’ seba’ muniti ddedikati għal siti preistoriċi uniċi ta’ Malta. Il‑muniti kollha fis‑sett huma ta’ kwalità brilliant uncirculated, u kienu maħduma fir-Royal Dutch Mint. In‑naħat nazzjonali tal‑muniti tal‑euro u l‑munita kommemorattiva taż‑€2 kienu ddisinjati minn Noel Galea Bason. Is‑settijiet, li l‑istampar tiegħu hu limitat għal 10,000 sett, huma ppreżentati f'blister pack illustrat u attraenti.
|