Is-sett jinkudi t‑tmien muniti tal‑euro Maltin u munita taż‑€2 li turi t‑tempji preistoriċi Ta’ Skorba. Din il‑munita ser tkun il‑ħames minn serje ta’ seba’ muniti ddedikati għal siti preistoriċi uniċi ta’ Malta.
Il-muniti kollha fis-sett huma ta’ kwalità brilliant uncirculated, u kienu maħduma fil‑Monnaie de Paris fi Franza. In-naħat nazzjonali tal-muniti tal-euro u l-munita kommemorattiva taż-€2 kienu ddisinjati minn Noel Galea Bason. Is-settijiet, li l-istampar tiegħu ser ikun limitat għal 10,000 sett, ser jiġi ppreżentati f'blister pack attraenti.
|