Currency

Sett datat 2019

2019

Sett ta' muniti datat 2019

Sett ta' muniti datat 2019

Munita Kommemorattiva taż-€2 - Ta' Ħaġrat

Is‑sett huwa magħmul minn tmien muniti tal‑euro Maltin, kif ukoll munita taż‑€2 li turi t‑tempji preistoriċi Ta’ Ħaġrat. Din tal‑aħħar hija r‑raba’ minn serje ta’ seba’ muniti ddedikati għal monumenti preistoriċi Maltin.

Il‑muniti kollha fis‑sett huma ta’ kwalità brilliant uncirculated, u kienu maħduma fil‑Monnaie de Paris fi Franza. In‑naħat nazzjonali tal‑muniti tal‑euro u tal‑munita kommemorattiva taż‑€2 ġew iddisinjati minn Noel Galea Bason. Is‑settijiet, li l‑istampar tagħhom ser ikun limitat għal 15,000 sett, ser jiġu ppreżentati fi blister‑packs attraenti u llustrati.