Munita Kommemorattiva taż-€2 - Natura u Ambjent
2019
|
Munita Kommemorattiva taż-€2 - Natura u Ambjent
|
|
|
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qiegħed iniedi r-raba’ munita kommemorattiva taż-€2 taħt il-programm ‘Mit-tfal b’Solidarjetà’, programm li ta lit-tfal tal-iskola ċ-ċans li jiddisinjaw munita.
Il‑programm dwar ħruġ ta’ muniti ‘Mit‑tfal b’Solidarjetà’ kien ġie mniedi uffiċjalment fl‑2015 bejn il‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Ministeru għall‑Edukazzjoni, u l‑Malta Community Chest Fund Foundation.
Joshua Stuart, student tal‑Kulleġġ Maria Regina tan‑Naxxar, għażel rappreżentazzjoni stilizzata b’mod sempliċi tax‑xemx u siġra tal‑frott. Il‑munita għandha l‑azzjoni benevolenti tax‑xemx bħala t‑tema ċentrali, li tipprovdi s‑sħana u d‑dawl, u tippermetti lis‑siġar u l‑veġetazzjoni jikbru u jagħtu l‑frott.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Inċiżur
|
Zekka
|
Stampar
|
Ċirkolazzjoni
|
€2
|
25.75
|
8.5
|
n/a
|
Noel Galea Bason
|
Monnaie de Paris
|
300,000
|
Coin card |
€2 |
25.75 |
8.5 |
n/a |
Noel Galea Bason |
Monnaie de Paris |
20,000 |