- Home
-
- Flus
-
- Taħriġ dwar l-Awtentiċità tal-Karti tal-Flus għall-Bejjiegħa
Taħriġ dwar l-Awtentiċità tal-Karti tal-Flus għall-Bejjiegħa
Wieħed mill-għanijiet tal-Bank Ċentrali ta' Malta hu li jipprovdi informazzjoni dwar il-flus tal-euro fost dawk li jimmaniġġjaw il-flus u l-pubbliku. Bħal fis-snin preċedenti, il-Bank Ċentrali ta' Malta qed jerġa' joffri sessjonijiet edukattivi biex iżid l-għarfien dwar kif tagħraf il-karti tal-flus u muniti tal-euro foloz.
Bħala parti minn din il-kampanja edukattiva, il-Bank Ċentrali ta' Malta qed joffri għażla ta' sessjonijiet onlajn, li jsiru fuq Microsoft Teams, kif ukoll sessjonijiet wiċċ imb wiċċ. Sabiex jakkomoda l-ħtiġijiet ta' organizzazzjonijiet kbar, il-Bank qiegħed joffri l-possibbiltà li jorganizza diversi sessjonijiet ta' taħriġ sabiex dawk kollha li jimmaniġġjaw il-flus ikunu jistgħu jattendu fi gruppi. Jekk dan l-arranġament ma jkunx possibbli, il-Bank ser jikkunsidra bħala alternattiva li jadotta l-metodu ta' taħriġ għal min iħarreġ. Wara li jkunu kisbu ċ-ċertifikazzjoni, il-parteċipanti jistgħu jħarrġu impjegati oħrajn. Il-parteċipanti jingħataw aċċess għal materjal ta' taħriġ permezz tal-pjattaforma ta' tagħlim onlajn tal-Bank.
Is-sessjonijiet ta' taħriġ idumu madwar 40 minuta. Malli jitlesta t-taħriġ, il-Bank joħroġ ċertifikat ta' attendenza fil-forma ta' sticker, li tista' titwaħħal mal-cash desk bħala prova. Din iċ-ċertifikazzjoni tkun valida għal sentejn.
Minbarra s-sessjonijiet edukattivi msemmija, il-Bank joffri wkoll is-servizz ta' ttestjar tat-tagħmir għall-awtentikazzjoni tal-karti tal-flus bl-għodda tagħna għall-ittestjar. Dan is-servizz ta' ttestjar huwa offrut bl-appuntament minn qabel.
Is-servizzi msemmija huma bla ħlas.
Ibbukkja Appuntament!