50 Anniversarju ta' Malta Repubblika
2024
|
50 Anniversarju ta' Malta Repubblika
|

|

|
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta nieda edizzjoni limitata ta' munita tad-deheb u l-fidda sabiex jikkommemora l‑50 Anniversarju minn meta Malta saret Repubblika.
Fuq in‑naħa ta' wara tal‑munita nsibu rappreżentazzjoni tal-lapida kommemorattiva li tiċċelebra l-proklamazzjoni ta' Malta bħala repubblika fit‑13 ta' Diċembru 1974. Il-lapida kommemorattiva tirrappreżenta mument storiku hekk kif esibit fuq il-faċċata tal-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta. Il-munita tal-Bank hija wirt artistiku li jaċċenna l-wirt dejjiemi tan-narrattiva rikka u storika ta' Malta u l-mixja tagħha ta' ħamsin sena bħala Repubblika.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
Silver Proof
|
€10
|
38.61
|
28.28
|
0.925
|
Noel Galea Bason
|
Royal Dutch Mint
|
1,000
|
Gold Proof
|
€100
|
33
|
31.10
|
0.999
|
Noel Galea Bason
|
Royal Dutch Mint
|
65
|