|
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ munita kommemorattiva taż-€2 u munita tal‑fidda, it‑tnejn li huma bit-tema tal-Belt Valletta.
Il-Belt Valletta nbniet mill-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann wara l-Assedju l-Kbir tal-1565. Imsemmija għall-Gran Mastru Jean de Valette li poġġa l-ewwel ġebla tagħha fit-28 ta’ Marzu 1566, il-Belt Valletta ilha għal aktar minn erba’ sekli bħala ċ-ċentru amministrattiv u l-belt kapitali ta’ Malta. F’żona kompatta, il-Belt Valletta tħaddan konċentrazzjoni straordinarja ta’ arkitettura militari, reliġjuża, politika u ċivika, flimkien ma’ patrimonju kbir ta’ wirt artistiku u kulturali. Fl-1980, il-Belt Valletta ġiet inkluża fil-lista tal-Wirt Dinji tal-UNESCO.
|