Currency

25 Anniversarju tal-Festival Internazzjonali Malti tal-Logħob tan-Nar

2026

25 Anniversarju tal-Festival Internazzjonali Malti tal-Logħob tan-Nar

25 anniversarju tal-Festival Internazzjonali Malti tal-Logħob tan-Nar

F'Malta, taħt l-Ordni ta' San Ġwann (1530-1798), il-festi pubbliċi mmarkaw avvenimenti reliġjużi u politiċi sinifikanti, bħall-elezzjoni tal-Gran Mastru u ħatriet papali. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet kienu jinkludu purċissjonijiet akkumpanjati mill-isparar ta' musketti, murtali u salut bil-kanuni. Dawn il-prattiki għadna ssibuhom fil-festa tal-lum fil-musketterija u bl-isparar tas-salut bil-murtali tal-bomba.

Il-logħob tan-nar, li għandu l-għeruq tiegħu fil-passat Malti, illum jitqies ħaġa waħda mal-festa Maltija, li fl-2023 ġiet rikonoxxuta mill-UNESCO bħala parti mill-Wirt Kulturali Intanġibbli tal-Umanità.

Fl-2002, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu organizzat il-festival nazzjonali tal-logħob tan-nar, li fis-snin ta' wara nfetaħ ukoll għal parteċipanti barranin biex isir il-Festival Internazzjonali Malti tal-Logħob tan-Nar. Dan l-avveniment annwali juri t-tradizzjoni u l-eċċellenza Maltija fil-logħob tan-nar u joffri esperjenza ta' turiżmu kulturali li tappella għal udjenzi diversi.

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż
Gross
(g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda

 €10

38.61

31.10

0.999

Naħa ta' wara:
Pannos Goutzemisis

Royal Dutch Mint

1,000