Bliet Iffortifikati Maltin - Iċ-Ċittadella Għawdex
|
2024
|
|
Bliet Iffortifikati Maltin - Iċ-Ċittadella Għawdex
|
|

|
|
Il‑munita tal‑fidda, bit-tema taċ‑Ċittadella wkoll, hija r‑riżultat ta' proġett ta' kollaborazzjoni bejn il‑Bank Ċentrali ta' Malta u l‑Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.
Il-belt ta' Victoria, li tinkludi r-Rabat u ċ-Ċittadella, hija l-belt kapitali reġjonali ta' Għawdex. Mibnija fuq art għolja fiċ‑ċentru tal-gżira, il-belt għandha għeruq antiki li jmorru lura mill-inqas sa minn Żmien il-Bronż. Fl-1600, l-Ordni ta' San Ġwann ikkummissjona lil Giovanni Rinaldini, inġinier militari Taljan, sabiex jiddisinja mill-ġdid u jsaħħaħ id-difiżi taċ-Ċittadella. Għalkemm l-importanza militari taċ-Ċittadella naqset sas-snin 1760, baqgħet is-sede amministrattiva tal-gvern f'Għawdex.
Fl-1887, fuq talba ta' nies Għawdxin prominenti, u fl-okkażjoni tal-Ġublew tad-Deheb tar-Reġina Victoria, iċ‑Ċittadella u r-Rabat ingħataw it-titlu ta' belt, u bil-kunsens tar-Reġina ngħataw l-isem ta' Victoria. Fl-2014 inbdiet riabilitazzjoni u restawr fuq skala kbira taċ-Ċittadella. Il-proġett rebaħ ir-RegioStars Awards tal-2022. Iċ-Ċittadella ilha fuq il-lista tentattiva ta' Malta tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO sa mill-1998.
|
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
|
Fidda
|
€10
|
38.61
|
28.28
|
0.925
|
Noel Galea Bason
|
Royal Dutch Mint
|
400
|