Currency

Il-Ħamsa u Sebgħin Anniversarju tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda f’Malta

2023

Il-Ħamsa u Sebgħin Anniversarju tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda f’Malta

Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda - Deheb

Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda - Fidda

F'Malta u Għawdex hemm madwar wieħed u disgħin każin tal-banda. L-eqdem baned f'Malta, li probabbilment twieldu frott il-preżenza ta' baned militari Brittaniċi fuq il-gżira, bdew jeżistu madwar it-tieni nofs tas-seklu dsatax. Uħud mill-iktar każini tal-banda antiki fil-fatt bdew bħala ċrieki soċjali msejħa 'circolo' jew 'casino'.

Maż-żmien il-'casini' żviluppaw komponent mużikali u saru l-każini tal-banda kifnafuhom illum. Fallew diversi tentattivi biex tiġi ffurmata assoċjazzjoni li tiġbor flimkien fiha l-każini tal-banda Maltin kollha. Sar tentattiv ieħor fl-1947 meta Michael-Angelo Delia, mill-Banda ta' San Ġużepp tal-Ħamrun, stieden lill-każini tal-banda kollha ta' Malta u Għawdex biex jibagħtu delegati sabiex jattendu konvenzjoni maħsuba biex twaqqaf assoċjazzjoni ta' każini tal-banda kollha.

Saret laqgħa fis-16 ta' Settembru 1947 u ġie mfassal statut biex jirregola l-assoċjazzjoni l-ġdida. L-istatut ġie approvat fil-11 ta' Jannar 1948 u l-assoċjazzjoni kienet imsemmija 'The Malta Band Clubs' Association'. Fl-1975 l-Assoċjazzjoni saret tissejjaħ l-'Għaqda Każini tal-Banda'.

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż
Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Silver Proof

 €10

 38.61

28.28

0.925

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

1,000

Gold 
Proof

€50

21.00

6.50

0.916

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

400