Il-Mija u Ħamsa u Sebgħin Sena mill-Mewt ta’ Juan Bautista Azopardo
|
2023
|
|
Il-Mija u Ħamsa u Sebgħin Sena mill-Mewt ta’ Juan Bautista Azopardo
|
|

|
|
Juan Bautista Azopardo twieled l-Isla fid-19 ta' Frar 1772. F'età żgħira vvjaġġa lejn Franza u serva bħala apprentist fil-bażi navali ta' Toulon. Jidher li bejn l-1793 u l-1803 kien involut ma' skwadri navali Franċiżi u saħansitra Brittaniċi. Aktar tard serva fuq vapuri tal-kursara li operaw fl-Atlantiku. Iddistingwa ruħu fil-ġlieda kontra l-Ingliżi meta invadew Buenos Aires fl-1806 u għal darb'oħra fl-1807 meta nħatar Kurunell Logutenent tal-milizzja ffurmata biex tiffaċċja l-emerġenza kkawżata mill-invażjoni Brittanika.
Rivoluzzjoni fi Buenos Aires f'Mejju tal-1810 rriżultat fit-tneħħija tal-Viċirè Spanjol u l-ħatra ta' ġunta lokali. Azopardo appoġġja l-ġunta u ngħata l-kmand ta' tliet vapuri żgħar, li ħafna jqisu bħala l-bidu tal-Forza Navali Arġentina moderna. F'Marzu tal-1811, matul il-Battalja ta' San Nicolás, il-vapuri ta' Azopardo kienu megħluba minn forzi superjuri u hu ttieħed priġunier.
Wara proċess kriminali qasir, Azopardo ġie kkundannat bħala dissident politiku u ġie meħlus mhux qabel l-1820. Miet fit-23 ta' Ottubru 1848. Sabiex jitfakkar ismu u l-assoċjazzjoni tiegħu mat-twaqqif tagħha, il-Flotta Arġentina semmiet diversi vapuri għal Azopardo.
|
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjatriċi
|
Zekka
|
Stampar
|
|
Fidda
|
€10
|
38.61
|
28.28
|
0.925
|
Antonella Napolione
|
Royal Dutch Mint
|
600
|