Il-Mija u Ħamsin Sena mit-Twelid ta’ John Borg
|
2023
|
|
Il-Mija u Ħamsin Sena mit-Twelid ta’ John Borg
|
|

|
|
John Borg twieled f'Ħal Balzan fid-9 ta' Novembru 1873. Għalkemm bil-professjoni ta' tabib, l-imħabba tiegħu għan-natura u l-istorja naturali wassluh għall-kariga ta' Supretendent tal-Ġonna Pubbliċi fl-1900. Kien strumentali fil-ħolqien ta' ġonna pubbliċi ġodda u fl-arranġament mill-ġdid ta' dawk eżistenti.
Borg beda wkoll programm ta' tħawwil ta' siġar madwar Malta. Għal ħafna snin kien is-segretarju tas-Società Economico Agraria. Organizza mill-ġdid id-Dipartiment għall-Agrikoltura u stabbilixxa biedja sperimentali fuq pedamenti aktar sodi. Fl-1921, Borg ġie offrut it-tmexxija tal-Istorja Naturali fl-Università ta' Malta, kariga li okkupa sal-irtirar tiegħu fl-1933.
John Borg f'ismu ħareġ diversi pubblikazzjonijiet. Ifforma wkoll ġabra komprensiva ta' kaktus u sukkulenti li kienet meqjusa bħala waħda mill-aħjar kollezzjonijiet fl-Ewropa. Fl-1945 ta l-kollezzjoni tiegħu ta' madwar 4,000 pjanta bħala donazzjoni lill-Ġnien Botaniku tal-Argotti. John Borg miet fl-4 ta' Mejju 1945.
|
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjatriċi
|
Zekka
|
Stampar
|
|
Silver Proof
|
€10
|
38.61
|
28.28
|
0.925
|
Maria Anna Frisone
|
Royal Dutch Mint
|
600
|