Currency

Il-Ħames Mitt Sena mill-Espedizzjoni Magellan-Elcano madwar id-dinja

2022

Il-Ħames Mitt Sena mill-Espedizzjoni Magellan-Elcano Madwar id-Dinja

Magellan-Elcano - Deheb

Magellan-Elcano - Fidda

Fil-11 ta’ Lulju 2022, il-Bank Ċentrali ta’ Malta nieda l-ewwel muniti mill-Programm ta' Ħruġ ta’ Muniti għall-2022. Dawn iz-żewġ muniti numiżmatiċi, waħda tad-deheb u waħda tal-fidda, ifakkru l-500 mitt sena mill-espedizzjoni Magellan-Elcano madwar id-dinja.

Il-muniti ġew iddisinjati u mnaqqxa minn Marianna Frisone u nħadmu fir-Royal Dutch Mint. Fuq in-naħa ta’ quddiem tal-muniti hemm l-istemma araldika ta’ Malta. In-naħa ta’ wara turi d-dinja, in-navigatur Portugiż Ferdinand Magellan u n-navigatur Spanjol Juan Sebastian del Cano, u rappreżentazzjoni ta’ wieħed mill-bastimenti li waslu ġo Sanlúcar de Barrameda fi Spanja. 

L-ewwel tbaħħir madwar id-dinja kien immexxi min-navigatur Portugiż Ferdinand Magellan, li kien inkarigat isib rotta Spanjola lejn il-Moluccas. Fl-1521 inqatel fuq il-Gżira Mactan, iżda l-ispedizzjoni rritornat Spanja taħt il-kmand ta’ Juan Sebastián del Cano.

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż
Gross
(g)

Finezza

Disinjaturi

Zekka

Stampar

Silver Proof

 €10

 38.61

28.28

0.925

Naħa ta' quddiem: Noel Galea Bason

Naħa ta' wara: Maria Anna Frisone

Royal Dutch Mint

1,000

Gold Proof

€50

21.00

6.50

0.916

Naħa ta' quddiem: Noel Galea Bason

Naħa ta' wara: Maria Anna Frisone

Royal Dutch Mint

400