Mitt Sena minn meta ndaqq l-ewwel darba l-Innu Malti
2022
|
Mitt sena minn meta ndaqq l-ewwel darba l-Innu Malti
|

|

|
Fis-6 ta' Diċembru 2022, il-Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ żewġ muniti numiżmatiċi tad-deheb u l-fidda li jfakkru l-mitt sena minn meta ndaqq għall-ewwel darba l-Innu Malti.
L-Innu Malti, l-innu nazzjonali ta' Malta, inħoloq ftit wara li Malta, li dak iż-żmien kienet kolonja Brittanika, kienet ingħatat tmexxija awtonoma fl-1921. Bħala xogħol, l-Innu Malti jgħaqqad il-versi miktubin minn Dun Karm Psaila u l-mużika ta' Robert Samut. Madankollu, dejjem kien assoċjat aktar ma' Dun Karm milli mal-mużika ta' Samut.
Fl-1947, Dun Karm Psaila rrakkonta l-istorja ta' kif wasal biex jikteb il-kliem tal-Innu Malti. Hu fakkar li darba, Dr Albert V. Laferla, id-Direttur tal-Iskejjel Elementari, semmagħlu melodija u talbu biex jikteb versi għal magħha. L-għan kien li dawn il-versi jitkantaw minn tfal li jattendu l-iskejjel tal-Gvern. Laferla informa lil Dun Karm li l-mużika nkitbet mill-Professur Robert Samut, tabib magħruf u rispettat.
L-Innu Malti ndaqq għall-ewwel darba fil-pubbliku fis-27 ta' Diċembru 1922 waqt kunċert organizzat mid-Dramatic Club tal-Għalliema tal-Iskejjel Elementari fit-Teatru Manoel. L-udjenza laqgħet l-Innu Malti b'entużjażmu kbir. Sar popolari ħafna mal-Maltin u fl-1941 ingħata rikonoxximent uffiċjali mill-awtoritajiet lokali. Madankollu, peress li Malta kienet kolonja Brittanika, l-Innu Malti ma setax jissejjaħ l-Innu Nazzjonali Malti iżda bħala l-Innu ta' Malta.
Kien biss meta Malta kisbet l-Indipendenza fl-1964, li l-Innu Malti kien rikonoxxut formalment bħala l-Innu Nazzjonali ta' Malta u dan kien ikkonfermat f'referenza fil-Kostituzzjoni Maltija li tgħid li l-Innu Nazzjonali ta' Malta huwa "L-Innu Malti" li jibda bil-kliem "Lil din l-Art Ħelwa l-Omm li tatna isimha".
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
Silver Proof
|
€10
|
38.61
|
28.28
|
0.925
|
Noel Galea Bason
|
Royal Dutch Mint
|
1,500
|
Gold Proof
|
€100
|
38.61
|
31.10
|
0.999
|
Noel Galea Bason
|
Royal Dutch Mint
|
112
|