Currency

Il-Ħamsa u Għoxrin Anniversarju tal-Junior College

2021

Il-Ħamsa u Għoxrin Anniversarju tal-Junior College

              

JC - €10

 

Fid-19 ta’ Lulju 2021, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ munita tal-fidda biex tfakkar il-ħamsa u għoxrin sena minn meta l-Junior College fetaħ il-bibien tiegħu fl-1995.

Il-munita, maħduma fir-Royal Dutch Mint, turi l-emblema ta’ Malta u s-sena tal-ħruġ, 2021, fuq in-naħa ta’ quddiem. Fuq in-naħa ta’ wara, il-munita għandha rappreżentazzjoni tal-binja tal-Junior College fl-Imsida. Din il-binja modernista, li kienet magħrufa bħala l-Polytechnic, kienet iddisinjata minn Victor Anastasi. Kienet iffinanzjata mill-Colonial Welfare and Development Fund tar-Renju Unit u mill-UNESCO. Il-binja ġiet inawgurata formalment fis-16 ta’ Lulju 1966 – 55 sena ilu.

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż
Gross
(g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda

 €10

38.61

28.28

0.925

Royal Dutch Mint

Royal Dutch Mint

700