Currency

Il-Ħames Mija u Ħamsin Sena mit-Twelid ta' Albrecht Dürer

2021

Il-Ħames Mija u Ħamsin Sena mit-Twelid ta' Albrecht Dürer

Albrecht - Deheb

Albrecht - Fidda

Il-Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ muniti numiżmatiċi tad-deheb u tal-fidda li jfakkru l-550 anniversarju mit-twelid tal-artist Albrecht Dürer.

Il-muniti ġew iddisinjati u ntaljati minn Noel Galea Bason u nħadmu fiż-Zekka Rjali Olandiża. Fuq in-naħa ta' quddiem tal-muniti hemm l-arma ta' Malta. Fuq in-naħa ta' wara hemm rappreżentazzjoni ta' waħda mill-inċiżjonijiet fuq l-injam ta' Dürer, imsejħa 'San Ġorġ u d-Dragun'.

Albrecht Dürer twieled fil-belt ta' Nuremberg fil-21 ta' Mejju 1471. Għalkemm ix-xogħol tiegħu kien influwenzat mill-aħħar fażi tal-istil Gotiku Ġermaniż, il-vjaġġi tiegħu fl-Italja ġabuh f'kuntatt mar-Rinaxximent Taljan, li influwenzah profondament. Hu kien artist ta' ħila kbira iżda hu mfakkar l-iktar għall-għadd kbir ta' inċiżjonijiet li għamel: madwar 346 riljiev inċiż fuq l-injam u 108 inċiżjoni fuq ir-ram. Permezz ta' Dürer, l-arti tal-inċiżjoni saret forma ta' arti nobbli. Il-prints tiegħu huma apprezzati għall-kwalitajiet estetiċi tagħhom, id-dettalji komplikati u rqaq tagħhom, u t-teknika ta' ħila kbira użata biex toħloq sfumaturi u fond spazjali.

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż
Gross
(g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Silver Proof

 €10

 38.61

28.28

0.925

Royal Dutch Mint

Royal Dutch Mint

1,000

Gold Proof

€50

21.00

6.50

0.916

Royal Dutch Mint

Royal Dutch Mint

400