Currency

Il-Mitejn u Ħamsa u Għoxrin Anniversarju tal-Binja tal-Bibljoteka

2021

Il-Mitejn u Ħamsa u Għoxrin Anniversarju tal-Binja tal-Bibljoteka

              

Bibljoteka - €10

 

Fid-19 ta’ Lulju 2021, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ munita tal-fidda biex tfakkar il-225 sena minn meta tlestiet il-binja tal-Bibljoteka fil-Belt Valletta fl-1796.

Il-Bibljoteka kienet l-aħħar binja pubblika ewlenija mibnija mill-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta, iżda hija wkoll l-ewwel librerija mibnija b’dak l-iskop. Il-pjanti għall-Bibljoteka tfasslu minn Stefano Ittar, perit rispettat u magħruf sew f’Katanja. Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni bdew fl-1786, iżda l-binja ma tlestietx qabel l-1796, sentejn biss qabel ma l-kavallieri tkeċċew minn Malta minn Napuljun. 

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż
Gross
(g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda

 €10

38.61

28.28

0.925

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

1,000