Il-50 Anniversarju tal-Forzi Armati ta' Malta
2020
|
Il-50 Anniversarju tal-Forzi Armati ta' Malta
|
|
L-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta daħal fis‑seħħ fit‑22 ta’ Settembru 1970 “sabiex jitwaqqfu u jinżammu forzi armati f’Malta u biex jipprovdi dwar ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ hekk u anċillari għal hekk”. B’dan l‑istrument, Malta setgħet twaqqaf l‑armata permanenti tagħha.
Fl‑1 ta’ Ottubru 1970, 500 uffiċjal Malti u membri tar‑Royal Malta Artillery, reġiment antik u distint, ma baqgħux jiffurmaw parti mill‑British Army u saru parti mill‑Malta Land Force, li ftit taż‑żmien wara saret magħrufa bħala l‑Forzi Armati ta’ Malta.
Fuq in‑naħa ta’ wara, il‑muniti juru l‑arma reġimentali tal‑Forzi Armati ta’ Malta bi sfond aħmar fuq il‑blu. Fuq in‑naħa ta’ quddiem tidher l‑istemma araldika tar‑Repubblika ta’ Malta flimkien mas‑sena tal‑ħruġ.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
Kupronikil
|
€5
|
38.61
|
|
|
CBM & AFM
|
Royal Dutch Mint
|
10,000
|
Fidda
|
€10
|
38.61
|
|
0.925
|
CBM & AFM
|
Royal Dutch Mint
|
2,000
|