Gran Carracca Sant’Anna tal-Ordni ta’ San Ġwann
2019
|
Gran Carracca Sant'Anna tal-Ordni ta' San Ġwann
|
|
|
Fl-2019, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ muniti numiżmatiċi tad‑deheb u l‑fidda li juru l‑Gran Carracca Sant'Anna tal‑Ordni ta' San Ġwann. Il‑muniti nħarġu taħt l‑Europa Programme bit‑tema "Rinaxximent" u għandhom il‑marka tal‑logo Europa Star.
In‑naħa ta' quddiem tal‑munita turi l‑istemma araldika ta' Malta u l‑logo tal‑Europa Star. In‑naħa ta' wara tal‑muniti turi l‑Gran Carracca Sant'Anna, bastiment tal‑gwerra magħruf għall‑kobor u l‑potenza notevoli tan‑nar tiegħu.
Il‑karrakka kienet waħda mid‑disinji tal‑bastimenti l‑iktar influwenti tar‑Rinaxximent. Il‑karrakki setgħu jservu kemm bħala bastimenti tal‑merkanzija u kif ukoll tal‑gwerra minħabba li kienu mibnijin b'mod robust u kienu jikkombinaw il‑veloċità mal‑manuvrabbiltà. Il‑karrakka Sant'Anna tal‑Ordni ta' San Ġwann ġiet varata f'Diċembru 1522, bejn wieħed u ieħor fl‑istess żmien li l‑Kavallieri tilfu Rodi. Dan il‑bastiment, l‑għaxqa tal‑flotta tal‑Ordni, ġarr lill‑Gran Mastru Philippe Villiers de L'Isle Adam lejn Malta fl‑1530. Dan l‑avveniment immarka l‑bidu tas-soġġorn twil tal‑Ordni fuq il‑gżira u l‑bidu ta' epoka ġdida fl‑istorja ta' Malta.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross(g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
Fidda Proof
|
€10
|
38.61
|
28.28
|
0.925
|
Noel Galea Bason
|
Royal Dutch Mint
|
2,500
|
Deheb Proof
|
€50
|
21.00
|
6.50
|
0.916
|
Noel Galea Bason
|
Royal Dutch Mint
|
400
|