Il-Mija u Ħamsin Anniversarju tal-Kanal ta' Suez
2019
|
Il-Mija u Ħamsin Anniversarju tal-Kanal ta' Suez
|
|
Il‑Kanal ta’ Suez sar bil‑ħila umana flimkien mal‑inġinerija tas‑seklu dsatax. Kien formalment inawgurat fis‑17 ta’ Novembru 1869, wara perjodu fit‑tul ta’ żviluppi fl‑ideat u ħafna tibdil fiċ‑ċirkostanzi.
L‑istampar tagħha ser ikun limitat għal 2,000 munita biss. Kull munita għandha valur nominali ta’ €10. Il‑muniti għandhom dijametru ta' 38.61 millimetru u jiżnu 28.28 gramma, u kienu maħduma mir‑Royal Dutch Mint f’0.925 fidda.
In‑naħa ta’ wara tal‑munita tal‑fidda, iddisinjata u mnaqqxa minn Matyas Houf, turi vapuri li jaħdmu bil‑fwar għaddejjin mill‑Kanal ta’ Suez. In‑naħa ta’ quddiem tal‑munita, li turi l‑istemma araldika tar‑Repubblika ta’ Malta, ġiet iddisinjata minn Noel Galea Bason.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjaturi
|
Zekka
|
Stampar
|
Fidda Proof
|
€10
|
38.61
|
28.28
|
0.925
|
Naħa ta' wara: Matyas Houf Naħa ta' quddiem: Noel Galea Bason
|
Royal Dutch Mint
|
2,000
|