Currency

Il-Belt Valletta l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2018

2018

Il-Belt Valletta l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2018

Il-Belt Valletta l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2018 - munita tal-fidda

Il-Belt Valletta l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2018 - prodott konġunt

Fl-2018, il‑Bank Ċentrali ta' Malta u l‑MaltaPost ser joħorġu prodott numiżmatiku konġunt li jikkonsisti f'munita tal‑fidda u replika ta' bolla stampata fuq fuljetta tal‑fidda sabiex ifakkru l‑Belt Valletta bħala l‑Kapitali Ewropea tal‑Kultura għall‑2018.

Il‑munita, maħduma fir‑Royal Dutch Mint, turi l‑emblema ta' Malta u s‑sena tal‑ħruġ 2018 fuq in‑naħa ta' quddiem. Fuq in‑naħa ta' wara tal‑munita tidher personifikazzjoni tal‑Belt Valletta, belt iffortifikata, irrappreżentata bħala mara liebsa l‑korazza. Ir‑replika ta' bolla stampata fuq fuljetta tal‑fidda ġiet ukoll prodotta għall‑MaltaPost mir‑Royal Dutch Mint u turi waħda mill‑bolol postali ta' €0.26 maħruġa għall‑okkażjoni tal‑Belt Valletta bħala l‑Kapitali Ewropea tal‑Kultura għall‑2018.

Il‑programm tal‑Kapitali Ewropea tal‑Kultura huwa inizjattiva tal‑Unjoni Ewropea li tfittex li taċċenna r‑rikkezza u d‑diversità tal‑kulturi Ewropej u tippromwovi sens ta' identità komuni bejn iċ‑ċittadini Ewropej. Minbarra l‑prestiġju, dan it‑titlu hu opportunità eċċellenti sabiex l‑ibliet jiġu riġenerati, jgħollu l‑profil internazzjonali tagħhom filwaqt li, permezz tal-kultura, jissebbħu għall‑abitanti tagħhom u jippromwovu t‑turiżmu. Belt Kapitali Ewropea tal‑Kultura żżomm it‑titlu għal sena. Il‑Belt Valletta, il‑belt kapitali ta' Malta, qiegħda taqsam it‑titlu tal‑2018 mal‑belt Olandiża Leeuwarden‑Friesland.

Dan il‑prodott konġunt ser ikun f'kaxxa attraenti u huwa limitat għal 500 sett.

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda Proof

€10

38.61

28.28

0.925

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

2,000