Melita - muniti tad-deheb (bullion) għas-sena 2018
2018
|
Melita - muniti tad-deheb (bullion)
|

|
Fit-30 ta' Novembru 2018, il‑Bank Ċentrali ta' Malta, f'kollaborazzjoni mal‑Lombard Bank plc, ħareġ tliet muniti tad‑deheb (bullion). Il‑muniti, li huma valuta legali f'Malta, ħarġu fi tliet piżijiet u denominazzjonijiet differenti.
Il‑muniti juru l‑figura ta' Melita fuq in‑naħa ta' wara u l‑emblema ta' Malta fuq in‑naħa ta' quddiem. Il‑muniti huma maħdumin f'0.999 deheb (24 karat) minn PAMP S.A. Mint fl‑Iżvizzera u jikklassifikaw fost l‑aktar muniti puri uffiċjali tad‑deheb (bullion) disponibbli madwar id‑dinja.
Il‑figura ta' Melita li tidher fuq il‑muniti hija ispirata minn dik maħluqa mill‑artist Edward Caruana Dingli għal sett ta' bolol postali li kienu ħarġu ftit wara li Malta ngħatat tmexxija awtonoma fl‑1921. Melita hija figura femminili allegorika, li tissimbolizza lil Malta, liebsa elmu u korazza klassiċi, bit‑tmun f'idejha - allużjoni għall‑fatt li fl‑1921, bil‑kostituzzjoni l‑ġdida għal tmexxija awtonoma, Malta kienet meqjusa li qed tieħu l‑kontroll tad‑destin tagħha.
Il‑muniti ser jinħadmu skont id‑domanda. Għalhekk, in‑numru totali ta' muniti maħduma jista' jvarja minn sena għal sena. Madankollu, bl‑eċċezzjoni tas‑sena tal‑ħruġ murija fuq in‑naħa ta' quddiem tal‑munita, huwa maħsub li d‑disinn jibqa' l‑istess kull sena.
Il‑muniti huma ċċertifikati u ppreżentati individwalment f'kard issiġillata. Kull munita ser ikollha profil uniku li jista' jiġi vverifikat permezz ta' VERISCAN, sistema innovattiva ta' sigurtà tal-PAMP li tawtentika d-deheb (bullion). L‑iskannjar, bl‑użu ta' applikazzjoni fuq smartphone, jawtentika l‑munita.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Ħxuna (mm)
|
Zekka
|
Stampar
|
Munita tad-deheb (bullion)
|
€100
|
34
|
31.10
|
0.999
|
1.78
|
PAMP S.A.
|
-
|
Munita tad-deheb (bullion) |
€50 |
27 |
15.55 |
0.999 |
1.40 |
PAMP S.A. |
- |
Munita tad-deheb (bullion) |
€25 |
22 |
7.77 |
0.999 |
1.06 |
PAMP S.A. |
- |