Currency

Il-Magħmudija ta' Kristu

2018

Il‑Magħmudija ta' Kristu

Il‑Magħmudija ta' Kristu - munita tal-fidda

Il‑Magħmudija ta' Kristu - munita tad-deheb

Fl‑2018, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ muniti numiżmatiċi tad‑deheb u l‑fidda li juru 'Il‑Magħmudija ta' Kristu', grupp ta' statwi maħduma minn Giuseppe Mazzuoli (1644‑1725). Il‑muniti nħarġu taħt l‑Europa Programme bit‑tema "Barokk u Rokokò" u għandhom il‑marka tal‑logo Europa Star.

In‑naħa ta' quddiem tal‑munita turi l‑istemma araldika ta' Malta u l‑logo tal‑Europa Star. In‑naħa ta' wara tal‑muniti turi 'Il‑Magħmudija ta' Kristu', skultura monumentali tal‑irħam abjad maħduma f'Ruma minn Giuseppe Mazzuoli u li tpoġġiet fl‑apsidi tal‑Kon‑Katidral ta' San Ġwann, ġewwa l-Belt Valletta, fl‑1703. 

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda Proof

 €10

 38.61

28.28

0.925

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

 2,500

Deheb Proof

€50

21.00

6.50

0.916

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

500