Currency

Il-Ħamsin Anniversarju tal-Bank Ċentrali ta' Malta

2018

Il-Ħamsin Anniversarju tal-Bank Ċentrali ta' Malta

Il-Ħamsin Anniversarju tal-Bank Ċentrali ta' Malta - munita tal-fidda

Il-Ħamsin Anniversarju tal-Bank Ċentrali ta' Malta - munita tad-deheb

Fis‑17 ta' April 2018, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ċċelebra l‑ħamsin anniversarju tiegħu. Sabiex ifakkar dan l‑avveniment importanti, il‑Bank ħareġ muniti numiżmatiċi tad‑deheb u l‑fidda. 

In‑naħa ta' quddiem tal‑muniti turi l‑istemma araldika ta' Malta flimkien mad‑denominazzjoni tal‑muniti. Fuq in‑naħa ta' wara tal‑munita hemm rappreżentazzjoni tal‑faċċata ta' Binja Laparelli, il‑binja l‑ġdida tal‑Bank li tinsab f'St James's Counterguard ġewwa l‑Belt Valletta. Il‑muniti juru wkoll il‑logo tal‑ħamsin anniversarju ddisinjat minn Michael Grech u Daniel Galea mill‑MCAST Arts and Design Institute. Partijiet mill‑munita tal‑fidda ġew miksija bid-deheb. Din hi l‑ewwel darba li teknika bħal din ġiet użata fuq muniti numiżmatiċi Maltin.

It‑twaqqif ta' bank ċentrali għal Malta kien wieħed mir‑rakkomandazzjonijiet li saru mill‑grupp ta' esperti tan‑Nazzjonijiet Uniti f'Jannar 1964. Ftit tax‑xhur wara, fil‑21 ta' Settembru 1964, Malta kisbet l‑indipendenza mill‑Gran Brittanja. Fl‑1967, abbozz ta' leġiżlazzjoni għat‑twaqqif tal‑Att dwar il‑Bank Ċentrali ta' Malta tmexxa mill‑parlament u għadda f'Novembru tal‑istess sena. Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ġie stabbilit formalment fis‑17 ta' April 1968 bid‑dħul fis‑seħħ tal‑Att dwar il‑Bank Ċentrali ta' Malta.

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda Proof

 €10

 38.61

28.28

0.925

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

 2,500

Deheb Proof

€100

26.00

15.00

0.999

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

50