L-għaxar snin tal-euro f'Malta
2018
|
L-għaxar snin tal-euro f'Malta
|
|
|
Fid-9 ta' Mejju 2018, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ munita numiżmatika sabiex ifakkar l-għaxar snin minn meta Malta adottat l-euro.
In‑naħa ta' wara tal‑muniti turi rappreżentazzjoni stilizzata ta' 'Malta' u 'Europa' li tissimbolizza t-transizzjoni tal-munita ta' Malta mil-Lira Maltija għall-euro fl-2008. In‑naħa ta' quddiem tal‑muniti turi l‑istemma araldika ta' Malta.
Meta Malta saret stat membru tal-UE fl-1 ta' Mejju 2004, il-pajjiż kellu l-impenn li jingħaqad mal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) u jadotta l-munita unika Ewropea. Sabiex tkun tista' tagħmel dan, Malta kellha tissodisfa numru ta' kundizzjonijiet dwar l-istabbiltà tal-finanzi pubbliċi, prezzijiet, rati tal-imgħax u r-rata tal-kambju. Malta adottat l-euro fl-1 ta' Jannar 2008.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru(mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
Kuprunikil BU
|
€5
|
33.00
|
15.50
|
|
|
Royal Dutch Mint
|
2,000
|