Currency

Midalja tal-Avjazzjoni Marittima

2017

Midalja tal-Avjazzjoni Marittima

Midalja tal-Avjazzjoni Marittima

Fl‑2017, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ midalja kommemorattiva li tfakkar aktar minn mitt sena ta' avjazzjoni marittima f'Malta. Din il-midalja ħarġet fl‑istess żmien tal‑Como to Malta Seaplanes Rally, li saret bejn is‑6 u s‑7 ta' Ottubru 2017.

Din il‑kompetizzjoni ta' ajruplani tal‑baħar, issa fit‑tieni edizzjoni tagħha, hi organizzata mill‑Assoċjazzjoni Maltija tal‑Ajruplani tal‑Baħar f'kollaborazzjoni mal‑Aero Club ta' Como, fit‑Tramuntana tal‑Italja. Din il‑kompetizzjoni tqanqal memorji tal‑isfidi għal titjir fuq distanzi twal meħuda fl‑aħjar żmien tat‑titjir tal‑ajruplani tal‑baħar fl‑ewwel nofs tas‑seklu għoxrin.

Fit‑13 ta' Frar 1915, il‑Kaptan Cecil Kilner għamel l‑ewwel titjira rreġistrata minn Malta fuq l‑ajruplan tal‑baħar Short Admiralty Type 135 li kien qed jinġarr mill‑HMS Ark Royal, dak iż‑żmien ittrakkat fil‑Port il‑Kbir. Dan l‑avveniment jidher fuq in‑naħa ta' quddiem tal‑midalja bħala ċelebrazzjoni tar‑rabtiet storiċi ta' Malta mal‑avjazzjoni marittima. In‑naħa ta' wara tal‑midalja turi l‑istemma araldika tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, flimkien mas‑sena tal‑ħruġ 2017.

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Brilliant Uncirculated (BU)

n/a

41

31

n/a

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

800