Europa Programme 2007 bit-tema 'European Realisation' - Gran Mastru Jean de La Valette
2007
|
Europa Programme 2007 bit-tema ‘European Realisation’
|
Gran Mastru Jean de la Valette
|
|
|
Fl‑2007, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ l‑aħħar munita numiżmatika tal‑fidda u oħra tad‑deheb denominati fil‑lira Maltija bħala parti mill‑Europa Programme 2007 bit‑tema European Realisation, li jfakkru lill‑Gran Mastru Jean de La Valette.
Fuq quddiem tal-muniti jidhru l-arma ta' Malta u s-sena tal-ħruġ 2007. Fuq wara tal-muniti jidhru l-Gran Mastru La Valette flimkien mas-sena tat-twelid u s-sena tal-mewt tiegħu (1494 - 1568). L-Europa Star, li hi l-logo uffiċjali ta' dan il‑programm, tidher ukoll fuq wara tal-muniti.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
Fidda Proof
|
Lm5
|
38.61
|
28.28
|
0.925
|
Noel Galea Bason
|
Royal Dutch Mint
|
15,000
|
Deheb Proof
|
Lm25
|
21
|
6.5
|
0.92
|
Noel Galea Bason
|
Royal Dutch Mint
|
2,500
|