Fl‑1991, il‑Bank Ċentrali ta' Malta pparteċipa fi programm internazzjonali ta' muniti li l‑iskop primarju tiegħu kien li jipprovdi fondi għall‑benefiċċju ta' sezzjoni mill‑komunità internazzjonali. Fuq quddiem tal‑munita hemm l‑istemma araldika ta' Malta, filwaqt li fuq in‑naħa ta' wara hemm tlett itfal involuti fil‑logħba komuni u sempliċi msejħa 'Qattus', fejn fiha l‑'qattus' jiġri wara l‑'ġrieden' u jaqbadhom billi jmisshom b'idu.
|