Żjara tal-Q.T. Papa Ġwanni Pawlu II f’Malta
1990
|
Żjara tal-Q.T. Papa Ġwanni Pawlu II f'Malta
|
|
Il‑viżta pastorali f'Mejju 1990 tal‑Papa Ġwanni Pawlu II, li ġie deskritt bħala l‑Papa pellegrin, kienet ilha żmien twil mistennija mill‑Maltin li dejjem kellhom stima għolja tiegħu. Il‑Maltin kienu ħerqana ferm biex jaraw u jiltaqgħu mal‑mexxej reliġjuż kbir u jġeddu l‑imħabba tagħhom u fl‑istess ħinjistennew il‑messaġġ tiegħu ta' tmexxija u kuraġġ. In‑naħa ta' quddiem tal‑munita hemm l‑istemma araldika ta' Malta, filwaqt li fuq in‑naħa ta' wara hemm il‑Kurċifiss personali tal‑Papa Ġwanni Pawlu II miżmum f'idejh waqt li jbierek lin‑nies. Fl‑isfond tidher il‑belt qadima tal‑Imdina mdawra bis‑swar, ġawhra medjevali fiċ‑ċentru tal‑gżira, fejn jinsab ukoll is‑'sede' Episkopali tal‑Arċisqof ta' Malta.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru(mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
Fidda BU
|
Lm5
|
38.61
|
28.28
|
0.925
|
Ġanni Bonnici/Noel Galea Bason
|
Royal Mint, UK
|
5,000
|
Fidda Proof
|
Lm5
|
38.61
|
28.28
|
0.925
|
Ġanni Bonnici/Noel Galea Bason
|
Royal Mint, UK
|
4,000
|