L-ewwel serje – Manwel Dimech
1972
|
L‑ewwel serje - Manwel Dimech
|
|
Manwel Dimech twieled fil‑Belt Valletta fil‑25 ta' Diċembru 1860 f'familja fqira. Kellu tfulija diffiċli ħafna u ta' 13‑il sena ntbagħat il‑ħabs għall‑ewwel darba. Daħal u ħareġ mill‑ħabs diversi drabi, l‑iżjed fuq akkużi ta' serq inkluż serq bi żgass. Fl‑1878, fl‑età ta' 17‑il sena, kien involut f'każ ta' qtil involontarju u ntbagħat il‑ħabs għal iżjed minn 12‑il sena. Fl‑1890 instab ħati ta' ċirkolazzjoni ta' flus foloz u ntbagħat il‑ħabs għal seba' snin. Sal‑età ta' 36 sena, Dimech kien għadda xi 20 sena l‑ħabs. Madankollu, fil‑ħabs biddel ħajtu u tgħallem jaqra u jikteb, studja l‑lingwi u kien jaqra estensivament. Meta ħareġ mill‑ħabs, kien jaqla' x'jiekol bit‑tagħlim tal‑lingwi. Iġġieled ukoll għal riformi soċjali u politiċi, li wassluh għal kunflitt mal‑Knisja Kattolika u l‑awtoritajiet kolonjali. Meta faqqgħet l‑Ewwel Gwerra Dinjija ġie deportat minn Malta. Miet fl‑eżilju fl‑Eġittu fl‑1921.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
Fidda
|
Lm1
|
32
|
10
|
0.987
|
Pietro Giampaoli
|
SMOM, Rome
|
|