Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jiċċelebra Jum Internazzjonali tan-Nisa
F’Jum Internazzjonali tan-Nisa, il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali, il‑Professur Edward Scicluna, ospita laqgħa informali speċjali mal-impjegati nisa tal‑Bank.
Matul din il-laqgħa, l-impjegati setgħu jiddiskutu u jaqsmu l-ideat u l-esperjenzi tagħhom. Din il-laqgħa kienet maħsuba sabiex tikkonferma r‑rikonoxximent tal‑Bank lejn l-irwol siewi tan‑nisa fis‑settur bankarju ċentrali.
Il‑Gvernatur enfasizza l‑importanza tal-inklussività u d-diversità fil-post tax‑xogħol. Huwa qal li “filwaqt li għamilna passi enormi fir-rigward tal-bilanċ bejn is-sessi fuq il-post tax-xogħol, għad fadal xi jsir. In-nisa jġibu perspettivi u esperjenzi uniċi meta jiġu biex jittieħdu deċiżjonijiet, u din hija xi ħaġa li għandna nagħtu valur u nippromwovu.”

Ritratt: Melvin Bugeja