Il-Gvernatur Scicluna jindirizza l-Konferenza ‘Women and Finance'
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, indirizza l‑udjenza preżenti għall‑Konferenza ‘Women and Finance’ organizzata mill‑Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin (MBA) flimkien mal‑Kunsill Nazzjonali għan-Nisa (NCW), Malta. Il‑konferenza saret fil‑Bank Ċentrali ta' Malta fl‑24 ta' Marzu 2023 f’Binja Laparelli.
Din il-konferenza ffukat dwar it-trawwim ta’ apprezzament aħjar tal-benefiċċji tal-litteriżmu finanzjarju fost l-udjenza tagħha.
Fl‑indirizz tiegħu, il‑Gvernatur Scicluna enfasizza li “aħna ninsabu hawn mhux biex infaħħru s‑suċċess tan-nisa. L-għan hu n-normalizzazzjoni għall-popolazzjoni kollha li d-deċiżjonijiet mhux biss fil-familja iżda fl-istituzzjonijiet governattivi u l-korporazzjonijiet privati kollha jittieħdu miż-żewġ sessi. Dan huwa l-għan prinċipali, xejn iktar u xejn inqas.”
Aqra iktar hawn.

Ritratt tal-Grupp