About Us

Twissija dwar telefonati qarrieqa bil-Viber

Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta rċieva diversi rapporti minn residenti f’Malta li rċevew telefonati qarrieqa permezz ta’ VIBER u jixtieq javża lill‑pubbliku biex joqgħod attent.

Il‑profil ta’ min qed iċempel jidher bħala l‑Bank Ċentrali ta’ Malta u jinkludi wkoll ritratt tal-bini tal-Bank – għalkemm in‑numru mhu marbut xejn mal-Bank, jista’ ma jidhirx, jew jista’ jkun numru barrani. Ir-riċevitur jiġi mgħarraf li n-“numru tal-kont jew informazzjoni personali oħra huma meħtieġa” sabiex tinstab soluzzjoni għal xi problema – b’mod partikolari marbuta ma’ theddida li jiġu mblukkati kards tal-kreditu.

Jekk jogħġbok innota li l-Bank Ċentrali ta' Malta mhuwiex bank kummerċjali u ma joffrix kontijiet bankarji jew kards tal-kreditu lill-pubbliku. Fil-ftit każijiet li jeħtieġ li jikkuntattja membru mill-pubbliku, tintuża posta elettronika permezz tal-email uffiċjali tal-Bank jew korrispondenza uffiċjali bil-miktub mill-Bank.

Madankollu, il-pubbliku għandu joqgħod attent u qatt m’għandu jiżvela informazzjoni dwar il-kontijiet jew in-numri tal-PIN tiegħu lil xi ħadd fuq it-telefon. 

Data: 23/2/2021

Viber Scam Alert