- Home
-
- Rokna tal-Gvernatur
-
- Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jilqa’ delegazzjoni ta’ uffiċjali għoljin mit-Teżor tal-Istati Uniti
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jilqa’ delegazzjoni ta’ uffiċjali għoljin mit-Teżor tal-Istati Uniti
Delegazzjoni ta’ uffiċjali għoljin mit-Teżor tal-Istati Uniti f’Washington D.C. immexxija minn Ms Sarah Senich, Deputy Director tal-Office of Europe and Eurasia, u akkumpanjata minn Ms Lexie Judd, Economic Research Analyst fi ħdan l-Office of Europe and Eurasia, flimkien ma’ Mr Jonathan Stafford, Political/Economic Chief u Mr Matthew Bugeja mill-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Malta ltaqgħu mal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, id-Deputati Gvernaturi, Mr Alexander Demarco u Mr Oliver Bonello flimkien ma’ Dr Aaron Grech, Chief Economist tal-Bank. L-uffiċjali qed iżuru Malta u diversi pajjiżi fl-Ewropa tal-Punent biex jiddiskutu dwar żviluppi makroekonomiċi, u biex jifhmu l-fehmiet tal-esperti fil-pajjiż.
Ritratti: Melvin Bugeja