Rokna tal-Gvernatur

Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta jappoġġja l‑ewwel edizzjoni tal‑ANZAC Day Beach Sprints Regatta

Waqt konferenza stampa li saret fil25 ta’ Marzu 2023 f’Marsaxlokk, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, flimkien marRettur tal-Università ta’ Malta, ilProfessur Alfred Vella, u Ms Rebekah Caruana, President talKlabb tal-Qdif tal-Università ta’ Malta, nedew tmien dgħajjes ġodda tal-qdif għall-ewwel edizzjoni tal-ANZAC Day Beach Sprints Regatta. 

Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta jappoġġja l‑ewwel edizzjoni tal‑ANZAC Day Beach Sprints Regatta

Permezz talFond tiegħu, imwaqqaf f’Jannar 2022, ilBank Ċentrali ta’ Malta qed jappoġġja dan lavveniment permezz ta’ sponsorship għaxxiri ta’ żewġ dgħajjes C2X u mqadef.

 Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta qed jappoġġja dan l‑avveniment permezz ta’ sponsorship għax‑xiri ta’ żewġ dgħajjes C2X u mqadef.

Waqt il-konferenza stampa, ilGvernatur Scicluna sostna li “Permezz ta’ investiment bħal dan fissettur sportiv, lgħan talBank Ċentrali ta’ Malta, flimkien ma’ dak talorganizzaturi, hu li jippromwovi lisports fost iżżgħażagħ, jgħolli lprofil ta’ Malta bħala destinazzjoni għallqdif mal-kosta, u li Malta tiġi rreklamata fuq livell internazzjonali permezz tal-parteċipazzjoni ta’ gruppi mħallta bejn is-sessi fil-qdif.”

Dawn id-dgħajjes ser jintużaw kemm għat-taħriġ tal-ekwipaġġ Malti kif ukoll għar-Regatta